Raġel rapportat nieqes … deher l-aħħar ħdejn bar f'Birżebbuġa

    Alfred Mifsud ta’ 58 sena qiegħed jiġi rrappurtat nieqes. Huwa deher l-aħħar ħdejn bar li jinsab fi Triq Għar Dalam, Birżebbuġa. Jista’ jkun li Mifsud qiegħed jagħmel użu minn vettura tat-tip Landrover Freelander gold. 

    Kull min għandu xi informazzjoni dwar Mifsud jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anki b’mod kunfidenzjali, billi jċempel fuq in-numri ġenerali tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija li huma 21 224001 jew 119.  Wieħed jista’ anke jgħaddi informazzjoni fi kwalunkwe Għassa tal-Pulizija.