X’jimporta li żona pedonali!

    Bil-problema ta’ parkeġġ f’ċerti lokalitajiet tinħass f’aktar minn oħrajn, hemm min joħroġ b’ideat mill-aktar innovattivi fejn għandu jipparkja l-vettura tiegħu, anke jekk dan ikun ifisser li jinblokka żona pedonali. Hekk għamel is-sewwieq ta’ din il-vettura tat-tip Maruti li ma tantx dam jaħsibha wisq u qabad u pparkja l-vettura tiegħu f’żona pedonali max-Xatt ta’ Bormla. Min jaf forsi tħajjar u ħa l-eżempju wkoll mis-sewwieq tal-mutur li għaraf jitfa’ l-mutur tiegħu taħt siġra għad-dell. Hija ħasra li taħt diversi aspetti s-sewwieqa Maltin jispikkaw għan-nuqqas ta’ dixxiplina tagħhom fit-toroq ta’ pajjiżna b’uħud mid-dehra jaħsbu li r-regoli tat-traffiku qegħdin hemm biex jgħawġuhom kif jaqbillhom, l-aqwa li jinqdew huma!

    Ir-ritratt ittieħed aktar kmieni dalgħodu.