AĠĠORNATA: Tfittxijiet intensivi għal żewġ persuni … l-awtoritajiet jiffokaw l-isforzi fl-inħawi tal-Blata tal-Melħ fil-Baħrija

    Fl-inħawi ta’ l-irdum ta’ Ħad-Dingli u l-Imtaħleb għaddejjin tfittxijiet intensivi b’rabta ma’ żewġ persuni neqsin. Għad mhux magħruf jekk sarx xi rapport ta’ persuni neqsin. Li hu magħruf s'issa hu li nstabu żewġ basktijiet f’post qrib Ħad-Dingli. It-tfittxijiet qegħdin isiru kemm fuq l-art kif ukoll fuq il-baħar.

    Sadanittant Inewsmalta hija informata li bħalissa t-tfittxijiet qed jiffokaw fl-inħawi tal-Blata tal-Melħ fil-Baħrija.