It-tielet vittma ta' inċident tat-traffiku fi ftit sigħat … Anzjana tmut wara ħabta f’Bieb ir-Ruwa fil-Baħrija

    Kmieni wara nofsinhar anzjana ta’ 78 sena mietet fit-telgħa magħrufa bħala ta’ Bieb ir-Ruwa fit-triq li mir-Rabat tagħti lejn il-Baħrija. L-anzjana mietet wara li l-karozza li kienet fiha ħabtet ma’ karozza oħra li kienet ipparkajata. L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 1.15 p.m.

    Il-ħabta seħħet bejn karozza tat-tip Opel Corsa li kienet qed tinstab minn mara mir-Rabat u Land Rover li kienet ipparkjata. Il-Maġistrat Aaron Buġeja ħatar inkjesta.