Residenti rrabjati ta' Pembroke b'mistoqsijiet lil Chris Said … “Se jkun qed jittieħed il-pulmun tal-lokalit√†”

    Residenti rrabjati ta' Pembroke iddominaw konferenza tal-aħbarijiet organizzata mill-Kandidat Chris Said, hekk kif ilmentaw dwar il-proġett propost għall-bini ta' skola oħra fil-lokalità. Minkejja li t-tema tal-konferenza kienet dwar l-irwol tal-Kunsilli Lokali, ir-residenti ħaduha f'idejhom sabiex jistaqsu domandi lid-Deputat Nazzjonalista.

    Dawn bdew jilmentaw kif se jkun qed jittieħed “il-pulmun” tal-lokalità jekk tinbena din il-biċċa art, waqt li l-istess residenti żammew f'idejhom kartelluni li s-sapport lejhom bħala residenti kellu jiġi nhar it-8 ta' Awwissu li għadda meta l-istess residenti flimkien mal-Kunsill Lokali għamlu protesta kontra dan il-proġett u għaliha kien attenda wkoll il-Ministru tal-Ambjent José Herrera.

    Said min-naħa tiegħu ddefenda ruħu billi qal li f'25 sena, il-Gvern Nazzjonalista kien ħallieh bħala “pulmun”, u sostna li kieku jrid, il-Gvern jista' jgħid li dik iż-żona għandha tibqa' kif inhi u ma tiġix żviluppata. Dan waqt li żied jattakka lill-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo, għaliex, "il-Ministru qed jgħid li m'għandux jibqa' pulmun."