FILMAT: L-anzjan estradit minn Malta b'akkużi ta' 38 każ ta' abbuż sesswali fuq tfal jitressaq il-Qorti f'Wales

    Bryan Davies, l-anzjan ta’ 70 sena, li l-ġimgħa li għaddiet safa arrestat f’Għawdex fuq akkużi relatati ma’ abbuż ta’ tfal, tressaq quddiem il-Qorti ta’ Llandudno, fit-Tramuntana ta’ Wales.

    Jidher li Davies, li kien jokkupa r-rwol ta’ “deputat prinċipal” f’dar tat-tfal, ma setax iforni lill-imħallef distrettwali b’indirizz ta’ residenza f’Wales.

    L-anzjan qed jiffaċċja 38 akkuża miġjubin fil-konfront tiegħu. L-akkużi jvarjaw minn allegat attakk sesswali fuq subien fis-snin 70, li allegatament ħa ritratti indiċenti ta’ tfal f’Sussex bejn l-2007 u l-2013, u li allegatament ipprova jinċita attività sesswali ma’ minuri fl-2011 u l-2012. Huwa ġie estradit minn pajjiżna lejn Wales il-ġimgħa li għaddiet.