Il-‘Balay’ imut f’inċident tat-traffiku fil-Marsa … “Kien bniedem li jitma' lil kulħadd. Kulħadd kien iħobbu”

    Il-Marsa qamet maħsuda bil-mewt ta’ Karmenu Ellul. Karmenu kien magħruf sew fil-Marsa u kien magħrufa bħala ‘Il-Balay’. Hu kellu 72 sena u tilef ħajtu meta kmieni dalgħodu ttajjar ħdejn il-kavallerija fil-Marsa.

    Kien għal ħabta tas-6.45 a.m. meta l-anzjan kien qed jaqsam it-triq u ntlaqat minn karozza tat-tip SUV. Kienu diversi l-Marsin li esprimew is-sogħba tagħhom għall-mewt tal-‘Balay’.

    Fi kliem Lawrence Mizzi il-Balay “kien bniedem li jitma' lil kulħadd. Kulħadd kien iħobbu”. Rodney Cutajar jikkummenta li “dak kien bniedem li jagħmel il-ġid ma’ kulħadd”. Marsi ieħor jgħid li “l-Balay hu raġel kbir. Kien jgħin lil kulħadd. Jekk ikollok problema u jsir jaf biha kien jara kif jagħmel u jipprova jgħinek”.