Jum ikkaratterizzat minn inċidenti … Ħabta bejn karozza u mutur fil-Mosta

    Jum li s’issa kien ikkaratterizzat minn żewġ inċidenti fatali, se jkompli jkun maħkum minn aħbarijiet relatanti ma’ inċidenti tat-traffiku. Dan hekk kif ftit tal-ħin ilu seħħ inċident bejn karozza tat-tip Toyota Vitz u mutur fi Vjal l-Indipendenza fil-Mosta.

    Il-vettura ġarrbet ħsarat konsiderevoli bl-impatt, bil-mutur jispiċċa fil-ġenb tat-triq.

    F’dan l-istadju għadu mhux magħruf jekk weġġax xi ħadd f’dan l-inċident.