It-tieni inċident fatali fi ftit sigħat … Anzjan imut wara li jittajjar fil-Marsa

     

    Il-jum tal-lum kompla fuq nota sewda hekk kif wara l-inċident fatali li seħħ fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu fix-Xemxija, anzjan tilef ħajtu wara li ttajjar fil-Marsa. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.00 a.m. fi Triq Aldo Moro fil-Marsa.

    Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post fejn mill-ewwel stħarriġ tagħhom irriżulta li l-anzjan ta’ 72 sena residenti l-Marsa ntlaqat minn vettura tat-tip Citroen Cactus, li kienet misjuqa minn raġel ta’ 37 sena minn Ħaż-Żabbar. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-anzjan b’urġenza l-Isptar Mater Dei għall-kura. Madankollu huwa ġie ċċertifikat mejjet aktar tard.

    Bil-każ ġiet informatha l-Maġistrat tal-Għassa li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.