Jordan Amavi jingħaqad ma' Aston Villa

    Il-player ta’ 23 sena, Jordan Amavi, li sal-istaġun li għadda kien jilgħab ma’ Aston Villa, ingħaqad mal-club Franċiż  ta’ Olympique Marseille.

    Dan il-player Franċiż kien ilu jiġi segwit minn żewġ clubs tas-Serie A, Sampdoria u Fiorentina, b’dawn tal-aħħar kienu viċin li jakkwistaw is-servizzi tiegħu.  

    Madankollu l-offerta ta’ Marseille tidher li ħajret lil Aston Villa tant li issa Amavi ser jilbes il-flokk abjad tal-club Franċiż.