Newcastle United jiffirmaw lil Kenedy

    Newcastle United, immexxija mill-coach Rafael Benitez, akkwistaw lil Brażiljan Kenedy b’self mingħand Chelsea.

    Ftit tal-ġranet ilu dan il-player ġie kkastigat mill-club ta’ Stamford Bridge wara li kiteb xi messaġġi kontroversjali fuq Instagram.

    Bil-player jitpoġġa fuq il-lista ta’ trasferimenti, Newcastle kienu pronti akkwistawh hekk kif Benitez sab il-player mal-linja xellugija li tant ilu jfittex.