Barcelona interessati f'Marco Asensio ta' Real Madrid

    Il-playmaker ta’ Real Madrid, Marco Asensio, huwa fil-mira tar-rivali Barcelona hekk kif lesti joffru ċ-ċifra ta’ €72 miljun għall-akkwist ta’ dan il-player.

    Jidher li l-coach ta’ Barcelona, Ernesto Valverde, qed isegwi mill-qrib lil dan il-player li lagħab ukoll ma’ Mallorca u Espanyol fil-karriera tiegħu.

    Barcelona qed jimirħu mhux ftit fis-suq ta’ trasferimenti hekk kif qed jaraw kif għandhom jonfqu bil-għaqal il-flus rekord li ħadu mit-trasferiment ta’ Neymar.