Elaquim Mangala fil-mira ta' Juventus

    Wara t-tluq ta’ Leonardo Bonucci ma’ Milan, Juventus ilhom fi tfittxija għal difensur ieħor.

    Huma għalhekk xeħtu għajnejhom fuq dak ta’ Manchester City, Elaquim Mangala, li għandu 26 sena.

    L-istaġun li għadda Mangala kien qed jilgħab b’self ma’ Valencia. Min-naħa l-oħra, Ezequiel Garay, li għal ħafna żmien kien qed jinteressa lic-champions Taljani, jista’ jmur jilgħab ma’ Spartak Moscow.