Barcelona fiduċjużi li jiffirmaw lil Philippe Coutinho mingħand Liverpool

    Barcelona jinsabu fiduċjużi li jakkwistaw  lill-attakkant ta’ Liverpool Philippe Coutinho minkejja li l-club Ingliż ħareġ stqarrija ii dan il-player ta' 25 sena mhuwiex għall-bejgħ. 

    Wara żewġ offerti li ġew imċaħħda mill-club Ingliż, id-diriġenti Spanjoli qegħdin jaħsbu biex jinkludu offerta ta’ flus bl-inklużjoni ta’ player. Dan il-player jista’ jkun il-Kroat Ivan Rakitic.

    Min-naħa tiegħu Rakitic qed jevalwa din il-possibiltá li tarah jiċċaqlaq wara tliet snin mal-Katalani.

    Dan huwa żmien delikat għaż-żewġ naħat fejn il-club Katalan talab għall-kalma min-naħa tal-partitarji li wara li tilfu s-servizzi ta' Neymar, li ngħaqad ma' Paris St Germain, issa jridu lil Coutinho akkost ta' kollox.