Bdil bejn Nikola Kalinic u Gabriel Paletta għal Mlian?

    AC Milan jinsabu jaħdmu bla heda għall-akkwist ta’ Nikola Kalinic mingħand Fiorentina. Biż-żmien issa dieħel mhux ħażin, xi ħaġa li tista’ tiżblokka l-affarijiet hija l-inklużjoni tad-difensur Milanist Gabriel Paletta li jista’ jkun parti mill-offerta biex jixtru lil Kalinic.

    Fil-fatt, il-coach ta’ Fiorentina, Stefano Pioli, għandu bżonn difensur u qed jikkonsidra lill-player Italo-Arġentin.

    Kalinic ilu għal dawn l-aħħar xahar fil-mira tal-Milanisti peró s’issa ż-żewġ partijiet għadhom ma laħqux ftehim.