Juventus jippersistu fuq Emre Can

    Juventus qed jippreparaw somma ta' €23 miljun sabiex jiksbu s-servizzi tal-midfielder Ġermaniż Emre Can mingħand Liverpool.

    Minkejja kollox, il-club mill-Premier League Ingliż baqa' jżomm sod għalkemm żamm quddiem għajnejh il-fatt li Can ma xtaqx iġedded il-kuntratt mar-Reds.

    Can ilu ma’ Liverpool tliet snin fejn f’89 partita skorja seba' goals.