Maxwel Cornet fil-post ta' Ousmane Dembele?

    Jekk Ousmane Dembele jħalli l-club, Borussia Dortmund qed jaħsbu għas-sostitut tiegħu.

    L-għażla tidher li waqgħet fuq iż-żagħżugħ ta’ Lyon, Maxwel Cornet, li jista’ jilgħab kemm fuq il-linja kif ukoll fl-attakk. Cornet huwa meqjus bħala player rivelazzjoni fi Franza hekk kif skorja 10 goals fil-51 logħba li lagħab bil-flokk ta’ Lyon l-istaġun li għadda.

    Id-diriġenti Ġermaniżi jinsabu ħerqana biex jikkonkludu din l-offerta li tista’ tagħtihom player b’saħħtu, sostitut denju ta’ Dembele.