Body builder jitlef ħajtu waqt li għamel backflip

    Waqt kompetizzjoni li kienet qed issir fl-Afrika t’Isfel, Sifiso Lungelo Thabete, tilef ħajtu waqt attentat ta’ backflip. Waqt li huwa kien qed idur fl-arja, huwa niżel ħażin fuq rasu, b’konsegwenza li kiser għonqu u miet fuq il-post.

    Thabete, kien meqjus bħala champion f’dan is-settur u saħansitra rebaħ bosta unuri dinjija anke meta kien iżgħar fl-eta. 

    Huwa kien jimpressjona bosta ġurija kif ukoll lill-udjenza bil-muskoli kbar li kellu kif ukoll għas-sens ta’ maturità li kellu.

    Wara li l-filmat tal-inċident fatali spiċċa xxerred mal-midja soċjali, bosta kienu dawk li urew simpatija għal dak li ġara.