RITRATTI: It-tieqa tad-dwejra terġa ‘titwieled’

     

    L-ikona tal-gżejjer Maltin b’mod speċjali għal Għawdex, it-tieqa tad-Dwejra li ġġarfet f’Marzu li għadda, issa qed toffri spettaklu mill-isbaħ għall-għaddasa li qed jgħoddsu madwar dan it-tiġrif.

    Is-sit telegraph.co.uk, ippublika artiklu b’numru ta’ ritratti ċari kristall, hekk kif il-baħar ukoll issa huwa ċar kristall. Ritratti li kienu ppublikati ftit jiem wara t-tiġrif, ftit li xejn stajna naraw fid-dettall dak li kien hemm minħabba l-kundizzjoni tal-baħar. Iżda t-temp favorevoli li għandna bħalissa fil-gżejjer Maltin, iffavorixxa lill-bosta fotografi ta’ taħt il-baħar biex iżommu rikordju ta’ dawn ix-xeni mill-isbaħ.

    Il-ħajja marittima diġa bdiet il-ħidma tagħha madwar dan il-ġebel kbir, imkisser u b’ħafna ponot. 

    “Hija telfa għal dawk li jgħixu fuq l-art, iżda dawk li għandhom ix-xorti jgawdu taħt il-baħar, bla dubju din hija waħda mill-aqwa affarijiet li ġraw lill-Għawdex” qal Brendan O’Brien, għaddas Ingliż li skopra dan il-post f’Ġunju li għadda.

    Għaddas ieħor saħaq li din hija attrazzjoni ikbar milli kienet qabel!