Nisa jistaqsu x'hemm ġentlom fil-gentlemen's clubs

    In-nisa li jiffurmaw il-Konfederazzjoni tal-Għaqdiet tan-Nisa Maltin qed jisħqu li l-gentlemen's clubs m'għandhomx jibqgħu jissejħu hekk għax m'hemm ebda rġulija fihom.

    Huma kienu qed jirreaġixxu għall-istqarrija tal-Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi li ma hemm ebda rabat bejn l-'strip clubs' u l-prostituzzjoni.

    L-għaqdiet qalu li Mizzi jidher li jippreferi jżomm man-naħa tas-sidien li għandhom kull interess li jżommu din id-distinzjoni meta fir-realta m'hemmx.

    Huma saħqu wkoll li ebda kodiċi ta' kondotta u regolamenti ma jwasslu biex klabbs bħal dawn ma jibqgħux iservu ta' bejta għat-traffikar u l-prostituzzjoni tan-nisa.