Arranġamenti tat-traffiku fl-Imqabba

    Matul din il-ġimgħa, il-lokal tal-Imqabba qed jiċċelebra l-festa titulari ta’ Santa Marija, liema festa tkun ċelebrata fil-Jum Liturġiku tagħha jiġifieri fil-15 t’Awwissu.

    Intant, il-Kunsill Lokali tal-Imqabba, bi qbil mal-Pulizija, il-LESA u s-Soċjeta’ Santa Marija u Banda Re George V tal-Imqabba, jixtiequ javżaw lill-pubbliku illi fl-14 t’Awwissu, jiġifieri f’lejlet il-Festa ta’ Santa Marija mid-9.00pm ‘il quddiem, Triq Valletta u Triq il-Parroċċa fl-Imqabba se jsiru one-way fid-direzzjoni ta’ Triq tas-Sejba, u b’hekk dawk li jkunu ġejjin minn taħt il-mina ta’ Ħal Kirkop ikunu jistgħu jibqgħu għaddejjin dritt lejn is-Siġġiew u / jew Ħal Farruġ (ara mappa isfel).  

    Il-Kunsill għalhekk jitlob il-koperazzjoni tar-residenti u jappella biex ma jsirx parkeġġ fil-kantunieri u f’postijiet fejn hemm sinjali sofor ħalli t-traffiku ma jiġġamjax.  Il-Kunsill javża ukoll illi se jkun hemm il-gwardjani lokali u l-pulizija jiggwidaw lis-sewwieqa.