Possibbli għadu jinsteraq it-toilet paper minn postijiet pubbliċi?

    Ir-ritratt li qed taraw m’hu xejn ħlief roll toilet paper marbut sewwa minn żewġ ċinturini tal-plastik (tie clips). 

    Dan ir-ritratt li ttieħed minn persuna f’wieħed mit-toilets tal-Isptar Mater Dei, għalkemm iġib tbissima, fuq in-naħa l-oħra tal-munita jġib ftit tar-rabja.

    Dan għall fatt li meta staqsejna persuna nkarigata mis-servizzi tat-tindif tal-isptar għalfejn qed jintrabat it-toilet paper bit-tie clips, konna mwieġba li kieku ma jsirx hekk, kieku n-nies jisirqu r-rollijiet tat-toilet paper kollha tal-isptar.

    Possibli fis-sena 2018 għadek issib persuni li jmorru f’postijiet pubbliċi apposta biex jisirqu t-toilet paper?