Illum tinħareġ is-sejħa tal-offerti għal proġett tal-Marsa Junction

     

    Ix-xogħlijiet marbutin mat-toroq u proġetti kapitali kbar marbutin mal-istess toroq, se jkomplu jieħdu spinta fil-ġimgħat u xhur li ġejjin.  Dan hekk kif illum se tinħareġ is-sejħa għal offerti ta' fażi importanti tal-proġett tal-'Marsa Junction'.

    Dan tħabbar mill-Ministru Ian Borg. Filfatt hu ddikjara li “permezz ta dan il-proġett ser inkomplu ntaffu ftit mid-diffikultajiet tat-traffiku fiż-żona filwaqt li nkomplu nimplimentaw sistemi ta' trasport aħjar u li jixirqu lil Malta tagħna. Qed nadottaw sistemi trasparenti u ġusti, iżda effiċjenti u mingħajr telf ta' żmien. Nirringrazzja lill-awtoritajiet ikkonċernati, u lill-kuntratturi li ser joffru s-servizzi tagħhom għal dan ix-xogħol importanti. Ninsab ċert li lkoll ser inqumu għall-okkażjoni u niġbdu ħabel wieħed sabiex inwettqu dan il-proġett kif mixtieq, fil-ħin u skond il-budget.”