FILMAT: Verżjoni bandistika ta’ ‘despacito’

     

    Id-diska ‘despacito’ maħruġa aktar kmieni din is-sena mill-kantant Luis Fonsi minn Puerto Rico, hija waħda li tinsab fuq fomm kulħadd bħalissa.

    Hekk kif bħalissa ukoll ninsabu fl-aqwa tal-festi, ma jonqosx li nisimgħu verżjoni bandistika ta’ din id-diska.

    Tikka Banda, matul il-jiem li għaddew kienet mistiedna sabiex tallegra lil dawk preżenti waqt l-edizzjoni annwali tal-Beer Fest f’Ta Qali. Għal din l-okkażjoni, Tikka Banda żiedet fir-repertorju vast tagħha arranġament mużikali ta’ 'despacito - diska li hija waħda mill-aktar popolari għal matul dan is-sajf.