Raġel aggredit fis-siegħat bikrin ta’ filgħodu

     

    Kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-4.30am, raġel safa ferut b’arma li taqta’ u bil-ponta. L-inċident seħħ fi Triq Misraħ Dorell f’Santa Luċija, fejn il-vittma, raġel ta’ 59 sena, safa aggredit minn persuna mhux identifikat fir-residenza tiegħu stess.

    Kienu l-awtoritajiet tas-saħħa li nfurmaw lill-Pulizija b’dan il-każ, fejn aktar tard il-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn hemm ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

    Il-Maġistrat tal-Għassa Dr M Farrugia, ġiet infurmata bil-każ u ħatret diversi esperti biex jgħinuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

    Investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.

    Ritratt: Arkivji