Ashley Young se jibqa' ma' Manchester United

    Il-coach ta' Manchester United, José Mourinho, mistenni  jirrifjuta offerti għal Ashley Young hekk kif jidher li dan il-player jinsab fiċ-ċentru tal-pjani tal-manager Portugiż.

    Stoke City jinsabu ddisprati f'dan il-player ta' 32 sena, iżda Mourinho qed iqisu bħala player essenzjali għat-team tiegħu u żgur li mhux se jkun qed iħalli lit-team minn Old Trafford.

    Kien hemm bosta spekulazzjonijiet jgħidu li huwa seta' jħalli lir-Red Devils, speċjalment minħabba l-fatt li Young ma kienx qed jiġi utilizzat daqshekk b'mod regolari mill-Ispecial One matul l-istaġun li għadda.