"Ta' dik l-età ftit huma dawk li jikkunsidraw il-konsegwenzi".. ixxerred ritratti sabiex toħloq kuxjenza!

    Tifel ta’ 12-il sena jista’ jgħoddha b’waħda wara li waqa’ ħażin minn għoli ta’ madwar disa’ sulari f’Dorset.

    Ex-għalliema li fl-aħħar snin bdiet tipprattika l-fotografija rnexxiela tiġbed ritratti tal-mument meta grupp ta’ tfal kienu qed jipprattikaw qbiż li ta’ kull sena jġib miegħu riskju li tfal ta’ dik l-età ftit li xejn jikkunsidraw il-konsegwenzi tagħhom.

    Hija spjegat kif wieħed minn dawn it-tfal minkejja li ma deher xejn kunfidenti li jaqbeż minn dak l-għoli ddeċieda li jaqbeż xorta waħda. Ir-ritratt juri li mhux biss ma qabiżx ‘il barra bħall-oħrajn, iżda saħansitra kważi ħabat rasu mal-blat.

    Zimmerman qalet li hi qed ixxerred dawn ir-ritratti sabiex tqajjem kuxjenza dwar il-periklu kontinwu li jġibu magħhom temperaturi għoljin, hekk kif fil-vaganzi bosta huma dawk li jmorru jgwadu fejn il-baħar.

    Mill-2005 lil hawn fir-Renju Unit kien hemm madwar 20 persuna li tilfu ħajjithom filwaqt li aktar minn 60 oħra sfaw midrubin waqt “ġennati simili”.