Il-Korea ta' Isfel u l-Korea ta' Fuq mistennija jwettqu taħditiet "rari"

    Il-Korea t’isfel ipproponiet li tħejji taħditiet militari mal-Korea ta’ Fuq. Dan wara ġimgħat ta’ tensjoni li kienet qed tikber mill-prova tal-missila Pyongyang.

    Jekk dan il-ħsieb jirnexxi, dawn it-taħditiet mistennija jkunu l-ewwel taħditiet ta’ livell għoli sa mill-2015.

    Uffiċjal għoli qal li t-taġditiet mistennija jwaqqfu “attivitajiet li joħolqu tensjoni” bejn il-fruntieri Koreani.

    Il-President tal-Korea t’isfel Moon Jae-in qal li jixtieq li jkun hemm l-impenn tiegħu mal-Korea ta’ Fuq. Minkejja dan mill-parti l-oħra ma kien hemm l-ebda rispons dwar din il-proposta.

    Il-Viċi Ministru għad-difiża tal-Korea t’isfel ta ħjiel li t-taħditiet jistgħu ikunu qed isiru f’Tongilgak fil-Korea ta’ Fuq u filwaqt li ppropona l-21 ta’ Lulju bħala data qal li “nistennew rispons pożittiv mill-Korea ta’ Fuq.”