L-MTA tikkundanna “fake news” dwar li l-baħar ma kienx tajjeb għall-għawm

    L-Awtorità Maltija għat-Turiżma (MTA) tiddeplora t-twissijiet foloz li kienu qed jiċċirkolaw fuq il-midja soċjali li kienu qed iwissu lill-għawwiema biex jevitaw numru ta’ bajjiet madwar malta minħabba kundizzjonijiet perikolużi tal-baħar.

    L-MTA saħqet li dawn it-twissijiet huma eżempju ċar ta’ ‘fake news’ li kellhom l-għan biss milli jwaqqfu lit-turisti u lill-pubbliku milli jiffrekwentaw ċerti bajjiet, filwaqt li qajmu biża’ għal xejn.

    Il-Kap Eżekuttiv tal-MTA Paul Bugeja qal li bħas-snin preċedenti l-MTA għal darb’oħra involviet numru ta’ organizzazzjonijiet biex jipprovdu servizzi ta’ lifeguard tul l-istaġun tas-sajf fuq numru ta’ bajjiet popolari mal-pubbliku u mat-turisti.

    Bugeja żied jgħid wieħed għandu joqgħod attent rigward informazzjoni mhux verifikata li tkun qed tiċċirkola fuq l-internet.