Bosta każi ta' nirien fin-Nofsinhar tal-Ewropa … L-Italja jkollha tevakwa lil turisti

    Hekk kif il-qilla tas-sajf qed tkompli tinħass b’mod partikolari fin-Nofsinhar tal-Ewropa, dan qed iwassal għal diversi sitwazzjonijiet ta’ kriżi f’bosta pajjiżi, b’nirien qawwijin u nixfa kbira tikkaratterizza lill-Italja u lil Spanja, u saħansitra wasslet lill-awtoritajiet Griegi biex jagħlqu wħud mill-aktar siti popolari mat-turisti.

    Nirien kienu rrapportati f’diversi postijiet fl-Italja u Sqallija, fejn matul din il-ġimgħa t-temperaturi laħqu saħansitra l-40C. Mill-inqas għaxar persuni kellhom jittieħdu l-isptar biex jirċievu kura għad-duħħan li belgħu.

    Sadanittant l-awtoritajiet Taljani kellhom jevakwaw ukoll żewġ siti għal kampijiet fir-reġjun ta’ Toscana.