FILMAT: Żgur li qatt ma rajtu appartament aktar maħmuġ minn dan!

    Superviżur ta’ blokka appartamenti f’Manhattan ippubblika filmat ta’ dak li huwa ddeskriva bħala l-aktar appartament maħmuġ li qatt raha f’ħajtu. U mill-ewwel tifhem għaliex. Fil-filmat li kien ippubblikat nhar l-Erbgħa li għadda, fl-appartament tidher il-preżenza mhux biss ta’ eluf ta’ wirdien iżda saħansitra jinstab qattus mejjet.

    Wara sena kkaratterizzata minn proċeduri fil-konfront ta’ raġel li kien joqgħod fl-appartament, u lista infinita ta’ lmenti mill-ġirien dwar riħa ta’ “katavri” li ħierġa mill-appartament, ir-raġel fl-aħħar tkeċċa.

    Fernandez jinstema’ jispjega li r-raġel dam sena biex tkeċċa mill-appartament minħabba li l-proċeduri fil-Qrati twalu konsiderevolment.

    Fil-filmat jidher bl-aktar mod ċar żibel mormi mal-art, fliexken vojta, u għażla ta’ imbarazz ieħor mormijin mal-art tant li l-ħaddiema bilkemm setgħu jimxu mingħajr ma jaqgħu. Saħansitra taħt saqqu tidher il-karkassa tal-qattusa li r-raġel kien iżomm bħala annimal domestiku.

    Numru kbir ta’ insetti jidhru jduru mal-karkassa tal-qattusa, li jidher li kienet qed tiddikomponi.

    fernandez fl-aħħar tal-filmat jinstema’ jtenni li “qatt ma rajt lil xi ħadd jgħix f’kundizzjoni bħal din!”