Mara mill-Mellieħa tmut wara li sabet ruħha f'diffikultĂ  waqt li kienet qed tgħum il-Mistra

    Għawma l-Mistra kellha eżitu traġiku għal mara ta’ 61 sena mill-Mellieħa, hekk kif mietet wara li sabet ruħha f’diffikultà waqt li kienet qed tgħum. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.30 p.m.

    Minkejja li l-mara ngħatat l-ewwel għajnuna mill-membri tar-Red Cross u minn persuni li kienu fuq il-post, il-mara kienet ċertifikata mejta fuq il-post.