Hamilton jirbaħ il-Grand Prix ta’ Silverstone

    Is-sewweiq tal-Formula Wieħed, il-Britanniku Le­wis Hamilton (Mercedes) fetaħ beraħ it-taqtiegħa għar-rebħ tat-titlu meta rebaħ il-Grand Prix tal-Britannja li sar fiċ-ċirkwit ta’ Silverstone biex naqqas id-distakk għal punt wieħed biss fil-konfront tal-leader tal-klassifika, il-Ġer­maniż, Se­bastian Vettel (Ferrari)

    Dan ta’ l-aħħar spiċċa fis-seba’ post meta fid-dawra ta’ qabel l-aħħar huwa sofra minn puncture meta sa dak il-ħin huwa kien qed jokkupa t-tielet po­żizzjoni.

    Hamilton rebaħ din it-tiġrija f’ħin ta’ 1:21:27.430 biex daħal 14-il sekonda quddiem il-kollega tiegħu, il-Finlandiż Valtteri Bottas, segwit mill-kompatrijott tiegħu tal-Ferrari, Kimi Raik­konen.

    Din kienet il-ħames rebħa ta’ Hamilton fil-Britannja biex laħaq ir-rekord tal-Fran­ċiż Alain Prost u l-Britanniku Jim Clarke.

    Iżda r-rekord ta’ erba’ rebħiet konsekuttivi jinsab għand Clarke u proprju għand Ha­milton.