TERRAPIEN … Il-Knisja tal-Franġiskani Maltin f'Benghazi tinqered għal kollox

    Munzell terrapien … Hekk biss tista' tiddeskrivi f’liema stat spiċċat il-Knisja tal-Franġiskani Maltin ta’ San Pawl Appostlu f’Benghazi wara li ġġarrfet fil-ġlieda fil-Libja kontra l-Istat Iżlamiku. Din il-Knisja mhux l-ewwel darba li sfat fil-mira ta’ attakki, fejn fl-20 ta’ Frar tal-2006 kienet sofriet ħsarat konsiderevoli fil-kaos li rriżulta mid-diżordni li kien ħakem lill-belt.

    F’dan l-inċident partikolari tal-2006 l-Isqof Sylvester Carmel Magro saħansitra kellu jaħrab mill-belt u jmur ifittex kenn fi Tripli. Il-Knisja ta’ Maria Immakulata f’Benghazi hija biss waħda minn żewġ knejjes Kattoliċi li jinsabu fil-Libja, bil-Knisja l-oħra ta’ San Franġisk tinsab fi Tripli. It-tnejn huma mmexxijin mill-Franġiskani tal-Provinċja ta’ San Pawl Appostlu ta’ Malta.

    Inewsmalta hija informata li l-Isqof Koadjatur ta’ Tripli Monsijur George Bugeja mistenni li jżur lill-belt ta’ Benghazi biex jagħmel evalwazzjoni tas-sitwazzjoni.