Żagħżugħ jaqa' tliet sulari u jispiċċa f'għalqa f'San Ġiljan

     

    Żagħżugħ ta’ nazzjonalità Franċiża ndarab gravi wara li kmieni dalgħodu waqa’ mill-għoli. Il-Pulizija kienu informati bl-inċident fi Triq Mikien Anton Vassalli f’San Ġiljan għall-ħabta tal-5.00 a.m.

    Meta marru fuq il-post il-Pulizija sabu liż-żagħżugħ ta’ 20 sena f’għalqa maġenb it-triq. Jidher li ż-żagħżugħ waqa’ minn għoli ta’ madwar tliet sulari u ġie fl-imsemmija għalqa.

    Fuq il-post mar tim mediku u kellhom jissejħu wkoll membri tal-Protezzjoni Ċivili biex iż-żagħżugħ ikun jista’ jittella’ mill-għalqa u jittieħed l-Isptar għal aktar kura.

    Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.