Perisic jitlaq mit-taħrġ ta’ Inter …..

    Ivan Perisic telaq mit-taħriġ ta' qabel il-kampjonat man-Nerazzurri minħabba uġigħ tas-snien, filwaqt li negozjati komplew ma'  Manchester United.

    Il-winger tħalla barra mill-ewwel logħba ta' ħbiberija ta' Inter kontra FC Nuremberg.  Perisic tħalla jmur lura l-Kroazja biex jikkonsulta mad-dentist personali tiegħu għall-kura.

    Inter mhux disposti li jilqgħu offerta ta' inqas minn €55 miljun, għalkemm lesti li jaċċettaw xi players bħala parti min-negozju.

    Inter ilhom isegwu lil Mateo Darmian, iżda anke Anthony Martial huwa player li jinsab fil-mira tad-dirġenti ta' Inter.