Juventus jirrifjutaw offerta ta' €100 miljun għal Gonzalo Higuain 

    Juventus irrifjutaw offerta ta' €100 miljuni għal Gonzalo Higuain mingħand Chelsea.

    Higuain ingħaqad ma' Juventus mingħand Napoli għas-somma ta' €90 miljuni s-sena li għaddiet.

    Higuain ser jagħlaq 30 sena f'Diċembru u l-kuntratt tiegħu mal-Bianconeri jisakdi f'Ġunju 2021.

    Hu waqqaf rekord fis-Serie A meta skorja 36 goal ma' Napoli fis-Serie A fl-istaġun 2015-2016.

    Chelsea iridu attakkant ta' isem wara li fallew li jakkwistaw lil Romelu Lukaku li pprefera jingħaqad ma' Manchester United.