Roma jsostnu li Nainggolan u Manolas mhumiex għall-bejgħ

    Roma insistew li Radja Nainggolan u Kostas Manolas ser jibqgħu mal-club u mhux ser jiġu trasferiti f'dan is-sajf.

    Inter huma disposti li joffru s-somma ta' €60 miljun għal Nainggolan filwaqt li Juventus qed isegwu mill-viċin lil Manolas, minħabba li Leonardo Bonucci ngħaqad ma' AC Milan.

    "Nainggolan u Manolas m’huma sejrin mal-ebda club. Jekk inbiegħu xi player ikun għal żewġ raġunijiet, l-ewwel minħabba regoli tal-Fair Play Finanzjarju u t-tieni minħabba l-valur tal-player. Nistgħu nbiegħu biex nixtru players li għandhom potenzjal aħjar."