Juventus viċin Bernardeschi u Matic

    Juventus qed jippressaw biex jakkwistaw lil Federico Bernardeschi ta' Fiorentina u l-midfielder ta' Chelsea Nemanja Matic.

    Juventus huma disposti li jinkludu lil Stefano Sturaro fit-trasferiment ta' Bernardeschi mal-club Viola.

    Il-Bianconeri iltaqgħu mal-aġent ta' Blaise Matuidi, Mino Raiola nhar il-Ħamis, iżda wara din il-laqgħa dawru l-interess tagħhom fuq Matic.

    Jidher li Matic jista' jitlef postu fit-team ta' Chelsea bl-akkwist ta' Tiemoue Bakayoko mingħand Monaco.