Nagatomo jsostni li jista' jitlaq lil Inter

    Yuto Nagatomo sostna li jista' jitlaq lil Inter jekk ma jinsabx fil-pjani tal-coach Luciano Spalletti.

    Nagatomo ngħaqad ma' Inter fl-2011 u minkejja li qatt ma kien l-ewwel għażla fit-team dejjem ingħata spazju.

    "Spalletti huwa coach kbir. Għandu karattru u kariżma, kif ukoll għandu mentalitá rebbieħa. Laqatni l-mod ta' taħriġ, tieħu gost taħdem miegħu.

    “Il-futur tiegħi? Jekk il-club u l-coach jgħiduli li m’għandhomx bżonni, nikkunsidra li nitlaq, iżda s’issa ma nafx," qal Nagatomo.