Monaco mhumiex disposti li jbiegħu lil Mbappe u lil Lemar

    Wara l-bejgħ ta' Tiemoue Bakayoko ma' Chelsea, Monaco ddeċidew li ma jbiegħux aktar players minkejja li hemm diversi clubs interessati f'Thomas Lemar u Kylian Mbappe.

    Arsenal qed isegwu mill-viċin lil Thomas Lemar filwaqt li hemm diversi clubs kbar Ewropej li huma interessati fiż-żagħżugħ Mbappe fosthom Real Madrid.

    Mbappe jidher destinat li jingħaqad ma' club kbir iżda l-player mhux qed juri għaġġla biex jitlaq lill-club fejn qed ifittex li jsib dar fil-belt ta' Monaco. Il-club ta' Monaco huwa kunfidenti li Mbappe ser jilbes il-flokk bil-kuluri tagħhom l-istaġun li jmiss.