“Ma mortx b’karta, kelli fajls mimlijin dokumenti u kelli provi biex inbigħ”

     

    “Ma mortx b’karta, kelli fajls mimlijin dokumenti u kelli provi biex inbigħ”. Hekk qal il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil ftit tal-ħin ilu waqt li kien qed jindirizza attività politika fl-Imġarr. Busuttil filwaqt li rringrazzja lin-nies li qed javviċinawh b’dawn il-provi, qal li dawn il-provi se jkunu qed ikomplu jikxfu l-korruzjoni.