Sophie; Il-Kelba Rabtija li qed trabbi żewġt ifrieħ tal-qtates... "Qatt ma rajt xi ħaġa simili!"

    “Jien qatt ma rajt xi ħaġa simili, almenu f’Malta” u “Sophie hija kelba tassew eżemplari, mill-lum kabbret il-familja bi tnejn”. Dawn kienu uħud mill-kummenti ta’ nies li tkellmu ma’ Inewsmalta rigward din il-kelba li tinsab fil-lokalità Rabtija.

    Qalulna li ftit tal-jiem ilu Sophie kellha l-ġriewi, iżda llum għoġobha żżid tnejn oħra fil-familja hekk kif wara li sidtha ġabret żewġt ifrieħ tal-qtates abbandunati, din iddeċidiet li kellha tkun hi l-omm il-ġdida tagħhom.

    Sidt il-kelba qalet li hi sabet iż-żewġt ifrieħ tal-qtates u ġabrithom sabiex tieħu ħsiebhom hi, iżda qatt ma kienet tistenna li tassisti għal xena simili. “Jgħid li meta nilletikaw inkunu qisna kelb u qattus, iżda din l-espressjoni żgur li ma tistax toqgħod f’dan il-kunest għax Sophie bħal donna diġà għamlithom tagħha”.