"Il-PN għamel 6 ilmenti li 4 minnhom ma ġewx milqugħa mill-Awtorita’ tax-Xandir"

    Il-PBS jinnota l-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista li fiha qed jgħid li l-Awtorita’ tax-Xandir tagħtu raġun fuq żewġ ilmenti. Il-PBS jirrimarka li mindu bdiet il-kampanja elettorali, il-PN għamel sitt ilmenti li erbgħa minnhom ma ġewx milqugħa mill-Awtorita’ tax-Xandir.

    Jirrimarka wkoll li fiż-żewġ ilmenti milqugħa, l-Awtorita’ ma sabet l-ebda żbilanċ u ma tat ebda rimedju u li l-Każijiet kollha deċiżi jinsabu fuq is-sit tal-Awtorita’ tax-Xandir.

    Dan wara li fi stqarrija maħruġa mill-partit Nazzjonalista intitolata 'Il-Partit Nazzjonalista jirbaħ żewġ ilmenti kontra l-istazzjon nazzjonali' intqal li:

    "F’żewġ deċiżjonijiet separati, l-Awtorità tax-Xandir tat raġun lill-Partit Nazzjonalista li fl-ilmenti tiegħu, rrefera għal żewġ każijiet fil-bulettin tal-aħbarijiet tal-PBS fejn kien hemm provi ċari ta’ nuqqas ta’ ġudizzju tajjeb dwar x’jikkostittwixxi valur ta’ aħbar, kif ukoll attentat ta’ tibdil fid-diskors tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil."