Raġel iweġġa’ gravi f’sit ta’ konstruzzjoni

    Raġel weġġa’ gravi wara li għall-ħabta tal-10 a.m kien involut f’inċident f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq il-Kbira, il-Qrendi.

    Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li raġel mill-Kroazja ta’ 46 sena li jirrisjedi San Ġiljan għal xi raġuni waqa’ madwar sebgha filati f’sit ta’ konstruzzjoni.

    Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lill-vitma l-isptar Mater Dei fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri ġrieħi gravi.

     L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.