David de Gea viċin Real Madrid

    Real Madrid għamlu lill-goalkeeper ta' Manchester United, Davd de Gea, bħala t-tragward numru 1 għalihom għal matul is-sajf li ġej.

    Huwa mifhum li għalkemm Real Madrid se jkunu qed iżommu profil baxx rigward akkwisti potenzjali fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin, huma se jkunu qed ifittxu li ma jirrepetux in-nuqqas ta' ftehim li kien inqala' bejn iż-żewġ partijiet meta David De Gea kien pass 'il bogħod milli jingħaqad mal-Galacticos lura fl-2015.