AC Milan qed isegwu lil Luka Modric

    AC Milan qed iqisu lil Luka Modric bħala akkwist possibbli għal matul is-sajf li ġej hekk kif qed ifittxu li jsaħħu l-iskwadra tagħhom biex jerġgħu ikunu f'pożizzjoni li jisfidaw għall-Kampjonat tas-Serie A.

    Ir-Rossoneri jħossu li dan il-player fadallu ħafna x'joffri lill-football mondjali u fl-età tiegħu jiġifieri, dik ta' 31 sena, jista' jkun iktar utli mar-Rossoneri milli ma' Real Madrid hekk kif il-Galacticos qed ifittxu li jirrinovaw l-iskwadra tagħhom b'element żagħżugħ.