Dier, Walker u Rose se jħallu lil Tottenham?

    It-trio ta' Tottenham Hotspur, Eric Dier, Kyle Walker u Danny Rose iridu jħallu Spurs matul is-sajf li ġej.

    Eric Dier jinsab ittantat biex jingħaqad mar-Red Devils hekk kif dawn offrewlu li jirduppjawlu s-salarju tiegħu, waqt li Kyle Walker huwa viċin li jingħaqad ma' Manchester City.

    Sadanittant, Danny Rose jinsab inqas ħerqan li jħalli l-club hekk kif għamel l-operazzjoni f'irkopptu iżda qed jiġi segwit mill-viċin miż-żewġ timijiet ta' Manchester.