“Tentattiv ta’ korruzzjoni” iwassal biex logħba titħassar fl-Isvezja

    Logħba mill-ogħla diviżjoni fl-Isvezja bejn Goteborg u AIK ġiet posposta wara li kien hemm tentattiv ta’ allegat każ ta’ korruzzjoni.

    L-FA Svediża sostniet li player ta’ AIK ġie “offrut somma konsiderevoli” jekk huwa jikkontribwixxi biex jitlef il-logħba li kellha ssir il-bieraħ.

    Is-segretarju ġenerali, Hakan Sjostrand, fissirha li hija “attakk serju ħafna kontra l-football Svediż”, u żied jgħid: “Aħna qatt m’aħna se nħallu dan jiġri.”

    Il-pulizija fl-Isvezja diġá bdiet l-investigazzjoni tagħha fl-allegazzjoni.

    “Ultimament mhux fuq logħba waħda, għalhekk huwa importanti li naġixxu bil-qawwa,” żied jgħid Sjostrand.

    “Il-punt tat-tluq għal-logħbiet kollha tagħna huwa li jkunu siguri u nirbħuħaa fil-grounds sportivi. Ibbażata fuq l-informazzjoni li għandna, ma nistgħux niggarantixxu dan.”

    Iż-żewġ timijiet lagħbu tmien logħbiet dan l-istaġun b’AIK jinsabu fis-sitt post minn 16-il team u Goteborg jinsabu ħames postijiet warajhom.