Alessio Cerci lura fl-Italja?

    Alessio Cerci jista' jirritorna fis-Serie A dan is-sajf minħabba li hemm diversi clubs Taljani interessati fih.

    Cerci lagħab biss 14-il minuta ma' Atletico Madrid fil-kampjonat Spanjol f'dan l-istaġun wara li sofra injury f'irkopptu.

    Lazio kienu nteressati li jiskbu s-servizz ta' dan il-player fis-suq tat-trasferimenti tax-xitwa, iżda ma kienx intlaħaq ftehim bejn il-clubs.

    Atletico huma disposti li jbiegħu lil Cerci u kemm Atalanta kif ukoll Fiorentina jinsabu nteressati li jiksbu s-servizz ta' dan il-player.